europarltv

Karta Editorjali

Il-Parlament Ewropew waqqaf stazzjon tal-web television (jissejjaħ "europarltv") sabiex jirreaġixxi għad-dritt taċ-ċittadini kollha li jsiru jafu u jifhmu x'qed jiġri fl-istituzzjoni li huma tellgħu.  L-istazzjoni maħsub sabiex jikkontribwixxi għad-demokratizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea u għall-iżvilupp ta' l-ispazju pubbliku Ewropew.

The European Parliament has established a web television channel (called "europarltv") to respond to the right of all citizens to know and understand what is happening in the institution that they have elected. The channel is designed to contribute to the democratisation of the European Union and to the development of a European public space.

2

L-istazzjon għandu jkun immexxi mill-prinċipji tas-servizz pubbliku sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' informazzjoni u dawk edukattivi.   Għandu jkun maħsub b'tali mod li jiżgura li l-aspetti kollha tal-ħajja tal-Parlament jiġu ppreżentati b'mod attraenti, kredibbli u professjonali.

3

L-istazzjoni għandu jiżgura li l-pluraliżmu tal-opinjonijiet fil-Parlament Ewropew jiġi rifless, bir-rispett li jixraq lejn is-saħħa relattiva tal-gruppi politiċi, bi qbil ma' politika editorjali newtrali u mhux partiġġjana.

4

L-istazzjoni għandu jiġi żviluppat b'tali mod li jsaħħaħ l-interattività bejn il-Parlament u ċ-ċittadini Ewropej.  Hu għandu jippermetti liċ-ċittadini li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kontenut ta' l-istazzjon u li jikkontribwixxu għal dak il-kontenut.

5

Il-kontenut u d-direzzjoni strateġika ġenerali tal-istazzjoni għandhom jiġu definiti fuq bażi annwali f'dokument li għandu jiġi ppreżentat lill-Bureau.  L-implimentazzjoni ta' dan il-qafas għandha tkun ir-responsabilità tas-servizzi tal-Parlament.

6

Il-konformità ma' din il-Karta għandha tiġi sorveljata mill-Bord Konsultattiv, taħt l-awtorità tal-Bureau tal-Parlament.

7

Din il-karta għandha tkun disponibbli pubblikament u ppubblikata fis-sit internet tal-istituzzjoni.