Il-Mexxej tal-ECR Martin Callanan jitkellem dwar iż-żjara tal-President Franċiż u l-Iżvediż Carl Schlyter, tal-Ħodor, jispjega għaliex hemm bżonn ta' kontrolli ġodda fuq it-tabakk.
Lura mill-Forum Ekonomiku Dinji, Martin Schulz jgħid li l-UE għandha bżonn bidla - imma mhux it-tip ta' bidla li jrid David Cameron, filwaqt li l-Kunsill irid 'jinżel saqajh mal-art' dwar il-baġit.
Xi jfisser id-diskors tal-Prim Ministru tar-Renju Unit għal pajjiżu u l-UE? Il-pjan tal-Enerġija għall-2050 jiġi appoġġjat mill-MPE. Tintemm iż-żjara ta' erbat ijiem tal-politiċi nisa mill-Afrika ta' Fuq.
Ftit dmugħ għall-ACTA, kliem iebes għall-Presidenza Ċiprijotta tal-UE u r-riżultat tas-samit tal-UE f'Ġunju. Meta nistgħu nibdew nieħdu azzjoni fuq it-tibdil tal-klima?
Il-MPE jimblukkaw lill-UE milli tissieħeb fl-ACTA, il-ftehim multinazzjonali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, għaliex qalu li tikser id-drittijiet fundamentali tal-libertà Ewropea u tiftaħ il-bibien għall-kontroll.