Dwarna

EuroparlTV huwa s-servizz tal-Parlament Ewropew li jipproduċi l-filmati għall-internet, bil-għan li jinforma liċ-ċittadini tal-UE dwar l-attivitajiet tal-Parlament u dwar kif il-Membri jsawru l-iżviluppi politiċi u jgħaddu l-liġijiet li jaffettwaw il-ħajja tan-nies fl-Ewropa kollha.

Is-servizz jinkludi taħlita ta' aħbarijiet u filmati edukattivi u ta' sfond. Il-programmi ta' EuroparlTV huma disponibbli f'formati differenti permezz ta' databażi online u huma integrati bis-sħiħ mal-midja soċjali.

Is-sottotitoli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE huma disponibbli għal ħafna mill-filmati, u l-programmi kollha huma disponibbli bi kwalità web u għax-xandir.

Kull min għandu aċċess għall-internet jista' jara EuroparlTV online. Barra minn hekk, il-programmi ta' EuroparlTV jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn netwerk estensiv ta' sħab, u l-utenti jistgħu jikkondividu l-filmati fuq il-midja soċjali jew fuq is-sit tagħhom bl-għajnuna ta' kodiċi inkorporati. Issib ukoll USB sticks bi programmi edukattivi.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok uża l- formola ta' kuntatt jew Twitter biex tikkuntattja t-tim ta' EuroparlTV.


Karta Editorjali

Aqra dwar ir-regoli li EuroparlTV jimxi magħhom fil-mod kif jaħdem, skont il-missjoni u l-prinċipji tiegħu.

Mur fil-paġna

Sħab

Skopri aktar dwar il-midja li EuroparlTV ffirma ftehimiet ta' sħubija magħhom.

Mur fil-paġna