Ekonomija

minjatura 01:14 Aħbarijiet

Sabiex il-baġit tal-Ewropa jibqa' validu fil-futur

Ekonomija - 08.03.2018 08:00

Il-Parlament qiegħed jaħdem fuq il-baġit tal-UE li jmiss għal terminu ta' żmien twil. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ta' wara l-2020 għandu jkun aktar ambizzjuż biex jiffinanzja prijoritajiet qodma u ġodda. Il-MPE ser jivvotaw fuq il-prijoritajiet tal-Parlament matul is-seduta plenarja ta' Marzu fi Strasburgu.

minjatura 00:59

QFP: qafas għall-baġit tal-UE għall-futur

Ekonomija - 06.03.2018 08:00

Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jagħti lill-UE perjodu ta' żmien itwal li fih tkun tista' twettaq il-politiki tagħha u tagħmilhom effettivi. Il-Parlament qed jaħdem fuq il-QFP li jmiss għal 2021 u lil hinn.

suq ħieles 01:30 Aħbarijiet

Is-Suq Uniku mal-25: Bosta Kisbiet, Sfidi Ġodda 'il Quddiem

Ekonomija - 04.01.2018 16:23

Fil-25 sena ta' eżistenza tiegħu, is-Suq Uniku kiber minn 12 għal 28 Membru tal-UE u estenda lejn in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein (Pajjiżi taż-ŻEE), u lejn l-Iżvizzera permezz ta' ftehimiet bilaterli. Minkejja inċertezzi u sfidi, iż-żona ta' kummerċ ħieles tal-UE tkompli teżerċita attrazzjoni bla preċedent madwar il-kontinent.

Kartellun 01:46 Aħbarijiet

L-evażjoni tat-taxxa teħtieġ inkjesta permanenti

Ekonomija - 07.12.2017 08:00

Wara l-leaks tal-Paradise Papers, membri tal-Parlament x'aktarx ser jagħmlu sejħa għal ħolqien ta' kumitat investigattiv speċjali, u fl-aħħar mill-aħħar ta' kumitat permanenti, sabiex jintefa' dawl fuq imġiba ħażina fil-qasam tat-tassazzjoni. Ser jittieħed vot fuq l-aħħar rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta fuq Il-Ħasil tal-Flus, l-Evitar tat-Taxxa u l-Evażjoni tat-Taxxa (PANA), fis-sessjoni plenarja ta' Diċembru. L-għan hu li jaċċeleraw l-implimentazzjoni ta' liġijiet kontra l-ħasil tal-flus.

Tfittxija għal dgħajsa 01:20 Aħbarijiet

Regoli ġodda jissimplifikaw it-tagħrif tal-passiġġieri għal salvataġġ ta' malajr

Ekonomija - 28.09.2017 09:00

Il-Parlament Ewropew qed jaġġorna r-regolamenti ta' vapuri tal-passiġġieri u laneċ sabiex jingħalqu lakuni fl-ispezzjonijiet dwar is-sikurezza u jestendi l-iskop biex ikopri tipi ġodda ta' bastimenti. Ir-regoli jeħtieġu wkoll it-trasmissjoni diġitali ta' tagħrif tal-passiġġieri lill-awtoritajiet nazzjonali, sabiex l-informazzjoni tista' tiġi mgħoddija lis-servizzi ta' salvataġġ u lill-familji f'każ ta' inċident.

pajplajn isfar u aħmar 01:30 Aħbarijiet

Aktar solidarjetà fil-provvista tal-gass.

Ekonomija - 12.09.2017 09:00

Il-Parlament Ewropew qed jiffinalizza regolament ġdid biex jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-gass lill-UE. L-Istati Membri li jkunu qed jiffaċċjaw nuqqas sever ta' gass ikunu jistgħu joqogħdu fuq għajnuna mill-pajjiżi ġirien skont regoli ta' solidarjetà ġodda.

Panama papers 01:44 Aħbarijiet

Panama Papers: finance ministers in the hot seat

Ekonomija - 12.07.2017 10:54

Several EU finance ministers faced questions by a Parliamentary inquiry committee set up to investigate the revelations of the so-called Panama Papers – a trove of 11.5 million leaked documents from the world's fourth biggest offshore law firm. Politicians and public figures were among those named. The finance ministers discussed the problems in their countries and what's being done about them.

Grafika relatata mad-drittijiet tal-passiġġieri, li turi bagalji fi sfond ta' raġel bilqiegħda fi xtajta ħdejn il-baħar. 01:09

Id-drittijiet tiegħek waqt li tkun qed tivvjaġġa fl-Ewropa

Ekonomija - 07.07.2017 13:02

Qatt kellek dewmien jew kanċellazzjoni? Kun af aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek ta' passiġġier tal-UE waqt li tkun qed tivvjaġġa fl-Ewropa. Tista' tkun intitolat għal kwalunkwe ħaġa minn trattament rinfreskanti għal kumpens. Il-passiġġieri b'diżabiltajiet jew b'mobiilità mnaqqsa jgawdu wkoll drittijiet addizzjonali.

Animazzjoni 04:45 Aħbarijiet

Obsolexxenza ppjanata: Għala l-oġġetti ma jservux

Ekonomija - 29.06.2017 16:00

Fil-ġlieda kontra l-obsolexxenza ppjanata, il-Parlament Ewropew irid jistabilixxi kriterji ta' reżistenza minima għal prodotti u li tingħata informazzjoni aħjar lil konsumaturi jkunu dwar id-durabilità tagħhom. L-għan huwa li tkun inkoraġġuta t-tiswija u jitnaqqas l-iskart. L-aħbar it-tajba? 77% tal-konsumaturi fl-UE jippreferu jsewwu l-prodotti bi ħsara milli jixtru l-ġdid.