Sigurtà

minjatura ta' Schengen 01:07 Aħbarijiet

It-tisħiħ tas-sigurtà fiż-Żona Schengen

Sigurtà - 13.11.2017 12:00

Leġiżlaturi Ewropej iridu jtejbu s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) biex tiżdied l-kooperazzjoni tal-pulizija fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, ir-reati transkonfinali u l-immigrazzjoni illegali.

suldat u pulizija fit-triq 01:30 Aħbarijiet

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu: nagħlqu l-vit tal-flus

Sigurtà - 30.10.2017 08:00

Il-Parlament ħatar kumitat speċjali ta' 30 membru biex isib modi kif ikun miġġieled it-terroriżmu fl-Ewropa u jtejjeb il-kooperazzjoni transkonfinali. L-UE qed tiġġieled fuq bosta fronti, wieħed minnhom huwa l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-MPE qed jiffokaw fuq il-ħasil ta' flus u l-kriminalità organizzata biex iwaqqfu l-fluss tal-fondi.

kontroll fuq il-fruntiera 02:00 Aħbarijiet

Fruntieri aktar intelliġenti għall-Ewropa

Sigurtà - 25.10.2017 08:00

Il-Parlament Ewropew qed jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal sistema elettronika komuni ġdida biex tħaffef il-kontrolli fuq il-fruntieri esterni taż-Żona Schengen. Hija ser tirreġistra wkoll informazzjoni dwar ċittadini mhux tal-UE, bil-għan li tkun iffaċilitata l-iskoperta tal-frodi. Agustín Díaz De Mera (PPE) jispjega l-għanijiet ewlenin ta' din il-liġi ġdida.

Warda roża fuq il-bankina. 02:08

Għanijiet komuni: Is-Sigurtà

Sigurtà - 01.02.2017 20:12

Ilum l-UE qed tiffaċċja t-theddida tat-terroriżmu. Kulħadd jaqbel li s-sigurtà għandha tkun l-ogħla prijorità. Organizzazzjonijiet bħall-Europol jiġġieldu t-terroriżmu, filwaqt li oħrajn bħal Fenvac jieħdu ħsieb il-familji tal-vittmi. It-titjib tas-sistemi tal-fruntieri, iż-żieda fil-komunikazzjonijiet bejn l-istati Membri u l-kriminalizzazzjoni tal-atti assoċjati mat-terroriżmu huma ftit eżempji tal-passi li l-UE qed tieħdu din is-sena.

ftehim umbrella 01:29 Aħbarijiet

Drittijiet aktar sikuri fl-IstatiUniti għal ċittadini tal-UE

Sigurtà - 30.11.2016 10:00

Il-Parlament Ewropew għadu kif witta t-triq għal ftehim importanti rigward trasferiment transatlantiku dwar tagħrif kriminali. Il-"Ftehim Umbrella" bejn l-UE u L-Istati Uniti fuq l-infurzar tal-liġi għandu l-għan li jipproteġi aħjar l-informazzjoni personali bejn iż-żewġ partijiet.