Linja editorjali

  1. Il-Parlament Ewropew waqqaf stazzjon tal-web television (jissejjaħ 'europarltv') sabiex jirreaġixxi għad-dritt taċ-ċittadini kollha li jsiru jafu u jifhmu x'qed jiġri fl-istituzzjoni li huma tellgħu. L-istazzjoni maħsub sabiex jikkontribwixxi għad-demokratizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea u għall-iżvilupp ta' l-ispazju pubbliku Ewropew.
  2. L-istazzjon għandu jkun immexxi mill-prinċipji tas-servizz pubbliku sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' informazzjoni u dawk edukattivi. Għandu jkun maħsub b'tali mod li jiżgura li l-aspetti kollha tal-ħajja tal-Parlament jiġu ppreżentati b'mod attraenti, kredibbli u professjonali.
  3. L-istazzjoni għandu jiżgura li l-pluraliżmu tal-opinjonijiet fil-Parlament Ewropew jiġi rifless, bir-rispett li jixraq lejn is-saħħa relattiva tal-gruppi politiċi, bi qbil ma' politika editorjali newtrali u mhux partiġġjana.
  1. L-istazzjoni għandu jiġi żviluppat b'tali mod li jsaħħaħ l-interattività bejn il-Parlament u ċ-ċittadini Ewropej. Hu għandu jippermetti liċ-ċittadini li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kontenut ta' l-istazzjon u li jikkontribwixxu għal dak il-kontenut.
  2. Il-kontenut u d-direzzjoni strateġika ġenerali tal-istazzjoni għandhom jiġu definiti fuq bażi annwali f'dokument li għandu jiġi ppreżentat lill-Bureau. L-implimentazzjoni ta' dan il-qafas għandha tkun ir-responsabilità tas-servizzi tal-Parlament.
  3. Il-konformità ma' din il-Karta għandha tiġi sorveljata mill-Bord Konsultattiv, taħt l-awtorità tal-Bureau tal-Parlament.
  4. Din il-karta għandha tkun disponibbli pubblikament u ppubblikata fis-sit internet tal-istituzzjoni.