Wajer imxewwek b'bandiera Tuneżina 03:28

Id-Drittijiet tal-Bniedem

Soċjetà -

L-Unjoni Ewropea ġiet imwaqqfa fuq prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà tal-espressjoni. Għalhekk il-Parlament Ewropew jappoġġja pajjiżi bħat-Tuneżija fl-isforzi tagħhom lejn id-demokrazija. Dan l-appoġġ jiġi f'għamla ta' azzjoni legali u politika li tinkludi l-Premju Sakharov u l-Borża ta' Studju Sakharov. Niltaqgħu ma' Asma Kaouech, attivista Tuneżina u Kumpann ta' Sakharov, li tgħidilna l-istorja tagħha.

kamp ta' siġar imwaqqa' minn fuq. 04:52

Il-Bidla fil-Klima

Soċjetà -

Il-bidla fil-klima hija sfida ewlenija li l-ġenerazzjoni tagħna trid tiffaċċja, u l-Unjoni Ewropea għandha s-setgħa biex tagħmel xi ħaġa dwarha, imma xiex? Ir-reġjun Baltiku hija ż-żona Ewropea l-aktar f'riskju minħabba l-bidla fil-klima, billi qed tiffaċċja mewġiet tas-sħana, xita torrenzjali, u livelli tal-baħar li qed jogħlew. Il-vidjow jesplora kif ir-reġjun ta' Gdansk fil-Polonja qed jittratta dawn il-kwistjonijiet bl-għajnuna tal-UE.

Persuni mexjin fi triq tan-negozju ħawtiel. 03:33

Inqanqlu t-tkabbir u l-impjiegi fl-UE

Soċjetà -

Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju - SMEs - huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea. Il-Parlament Ewropew irid jiżgura tkabbir stabbli fl-UE billi joħloq ambjent t'appoġġ għal SMEs. Niltaqgħu ma' Arnaud u Geraldine, li għandhom negozju tal-għamara żgħir fi Franza.

Ċimiterju ta' dgħajjes abbandunati. 04:13

Immigrazzjoni

Soċjetà -

Fl-2016 biss aktar minn 180,000 immigrant niżlu fil-Gżira ta' Lampedusa. Għal snin, l-immigrazzjoni sfidat lill-MPE daqs kemm liċ-ċittadini Ewropej, li għalihom saret ta' tħassib ewlieni. Ejjew niltaqgħu maċ-ċittadini ta' Lampedusa - sajjied, tabib u artist - biex naraw kif il-kriżi tal-immigrazzjoni affettwathom.


Dwar EuroparlTV

EuroparlTV huwa s-servizz tal-Parlament Ewropew li jipproduċi l-filmati għall-internet, bil-għan li jinforma liċ-ċittadini tal-UE dwar l-attivitajiet tal-Parlament u dwar kif il-Membri jsawru l-iżviluppi politiċi u jgħaddu l-liġijiet li jaffettwaw il-ħajja tan-nies fl-Ewropa kollha.

Mur fil-paġna

Ikkuntattjana

Nipprovdu servizz tal-email għall-mistoqsijiet, it-talbiet ta' informazzjoni u l-proposti li jista' jkollok għal EuroparlTV. Is-suġġetti mqajma għandhom ikunu relatati ma' kwistjonijiet li huma fl-isfera tal-attivitajiet tal-Parlament Ewropew. It-tweġibiet jintbagħtu fi żmien raġonevoli.

Mur fil-paġna