Minerali mill-konflitti: Il-veritá dwar l-ismartphone tiegħek

Ekonomija - - 04:23

Inkorpora dan il-filmat:

Aħna kollha nużaw apparati elettroniċi bħal mowbajls, iżda l-materjali tagħhom minn fejn jiġu? Landa, tungsten, tantalju, u deheb huma fost l-erba' "minerali mill-konflitti" l-aktar komuni, magħrufa kollettivament bħala t-3TGs. L-estrazzjoni tagħhom tikkawża nuqqas ta' sigurtà u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem f'bosta reġjuni. Gruppi armati jiġġieldu dwar il-kummerċ illegali tagħhom. Fairphone huwa wieħed mill-manifatturi li jieħu responsabbiltà biex jiżgura li l-katini tal-provvista tiegħu iwettqu l-estrazzjoni tal-minerali b'mod legali. Il-Parlament Ewropew qed jaħdem għal aktar trasparenza fil-katini tal-provvista permezz ta' sistemi ta' diliġenza dovuta obbligatorji skont l-OECD.

Traskrizzjoni: